Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 51 sena residenti fil-Belt Valletta jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular, minn fuq sellum f’residenza ġewwa Marsaskala. L-inċident seħħ għal ħabta tal-4 pm.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn wettqet stħarriġ preliminari. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.