Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ ġo xaft

Aġġornat 09:18 AM

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ ġo xaft hu u jagħmel xi xogħol fl-Isla.

Huwa waqa’ ġo xaft ta’ residenza waqt li kien qed jagħmel xi xogħol, għall-ħabta tas-6.05pm fi Triq il-Vitorja.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Pulizija u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lir-raġel. Issejħet ukoll ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard irriżulta li r-raġel ta’ 52 sena residenti Birżebbuġa għandu ġrieħi gravi, minkejja li għall-ewwel kien indikat li dan għandu ġrieħi serji.