Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuq Tal-Linja

CMRU

Read in English.

Raġel spiċċa jissielet għal ħajtu wara li lbieraħ waqa’ fuq Tal-Linja f’San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fit-8.30pm fl-inħawi ta’ Kennedy Grove, fid-direzzjoni lejn Triq il-Kosta. It-Taljan ta’ 21 sena ndarab wara li waqa’ waqt li kien fuq Tal-Linja.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.