Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’sit tal-kostruzzjoni

Read in English.

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li lbieraħ waqa’ minn xi għoli f’sit tal-kostruzzjoni f’Għawdex.

L-inċident ġara fi Triq San Blas fin-Nadur fis-12.50pm.

Il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li r-raġel twassal għall-kura fl-isptar permezz ta’ vettura privata. Jidher li r-raġel seta’ kien nieżel minn fuq sellum meta waqa’ u ħabat rasu mal-ħajt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet immexxija mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.