Raġel fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’San Ġwann

Raġel spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu f’San Ġwann.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ilbieraħ fi Triq Bella Vista.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li mill-investigazzjonijiet li saru r-raġel ta’ 40 sena kien qed isuq mutur u għal xi raġuni tilef il-kontroll bil-konsegwenza li nqaleb.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.