Raġel fil-periklu tal-mewt wara li tajritu karozza f’Ħaż-Żabbar

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn vettura f’Ħaż-Żabbar dalgħodu.

L-inċident ġara fi Triq Villabate fit-8.30am, meta raġel ta’ 41 sena minn Sierra Leone li joqgħod f’Wied il-Għajn tajjar lil raġel ta’ 79 sena li hu minn Ħaż-Żabbar.

L-anzjan qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.