Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fiż-Żurrieq

Ian Noel Pace

Raġel ta’ 74 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fiż-Żurrieq.

L-inċident kien irrappurtat lill-Pulizija għall-ħabta tas-5.45pm hekk kif persuna kellha bżonn l-asssistenza fi Triq San Pawl.

Ir-raġel li huwa miż-Żurrieq stess intlaqat minn vettura tat-tip Hyundai li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena residenti ż-Żurrieq. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Yana Micallef Stafrace LL.D li ħatret Inkjesta.