Raġel gravi wara li nqaleb bil-mutur

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45 pm. Is-sewwieq, mill-Pietà, kien qed isuq mutur meta tilef il-kontroll u nqaleb.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei.