Jindarab serjament waqt inċident f’kamra tan-nar

Read in English.

Raġel indarab serjament f’inċident f’kamra tan-nar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fit-2.50pm fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Qadi, fis-Salini, limiti tan-Naxxar. Il-Pulizja ġew mgħarrfa bil-każ wara li r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija spjegat li r-raġel ta’ 27 sena, residenti n-Naxxar, sofra ħruq u ttieħed minn persuna oħra l-Isptar Mater Dei.

Dwar il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima. Hi ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.