Raġel fil-periklu tal-mewt wara l-ġlieda fir-Rabat

Raġel ta’ 37 sena li kien involut fi ġlieda fil-każin tal-Partit Laburista tar-Rabat, jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li meta waslet fuq il-post sabet tliet persuni li kellhom xi dmija.

Il-persuni kienu raġel ta’ 49 sena minn Santa Venera, mara ta’ 41 sena minn Bormla, u raġel ta’ 52 sena mill-Imsida.

Il-pulizija qalet ukoll li r-raġel ta’ 37 sena li qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu, kien instab mixħut mal-art.

Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali mill-maġistrat Audrey Demicoli.