Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident f’sit tal-kostruzzjoni

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Read in English.

Raġel ta’ 36 sena spiċċa fil-periklu tal-mewt meta waqa’ minn xi għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Balzan.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-11am fi Vjal De Paule. Ir-raġel Indjan residenti San Pawl il-Baħar waqa’ minn xi għoli waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni. Hu ttieħed l-isptar b’ambulanza.