Aġġornata: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Bormla

Read in English.

Raġel jinsab jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn karozza f’Bormla.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-6am. Il-każ seħħ fi Triq Santa Tereża.

Raġel ta’ 37 sena residenti l-Kalkara, kien qiegħed isuq karozza meta għal xi raġuni laqat raġel ta’ 79 sena residenti l-Birgu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil vittma l-isptar Mater Dei. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Dwar il-każ infetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet.