Ritratti: Il-mutur mal-art; is-sewwieq jissielet għal ħajtu

Mutur karozzi accident msida marina

Ħabta bejn żewġ karozzi u mutur fl-Imsida ħalliet raġel jissielet għal-ħajtu.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ fit-7.45am fi Triq Marina.

Il-karozzi kienu misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti n-Naxxar u minn raġel ieħor ta’ 33 sena residenti n-Naxxar ukoll.

Is-sewwieq tal-mutur ta’ 53 sena mill-Imsida ittieħed l-Isptar Mater Dei.

Parti mit-triq tinsab magħluqa għat-traffiku sakemm ikomplu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.