Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta bil-mutur

CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 32 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku għal ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu fil-Qawra.

Il-ħabta seħħet bejn ir-raġel,li hu Franċiż u li kien qed isuq mutur u karozza li kien qed isuq raġel ta’ 53 sena mir-Rabat. L-inċident seħħ fi Triq il-Qawra.

Il-Franċiż ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Ix-xufier tal-karozza ma ġarrab l-ebda ġrieħi. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat.