Raġel fil-periklu tal-mewt wara argument f’San Pawl il-Baħar

Read in English.

Raġel ta’ 45 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li safa’ aggredit minn żewġ persuna oħra. Dal-lejl, għal ħabta tan-nofs siegħa, l-Pulizija irċeviet informazzjoni li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Toni Bajada. Meta l-pulizija marru fuq il-post huma sabu l-vittma mixħut mal-art fir-residenza tiegħu.

Ir-raġel ta’ nazzjonalita’ Bulgara kien attakkat minn żewġt irġiel, li l-identita’ tagħhom għad mhux magħrufa, fi Triq l-Erba’ Mwieżeb. Il-vittma qala’ daqqiet ta’ sikkina u l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.

Iktar tard, ir-raġel ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija qed tkompli tinvestiga l-każ hekk kif it-tfittxija għall-aggressuri għadha għaddejja.