Raġel fil-periklu tal-mewt; waqa’ sular f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 48 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ fid-8.45am fi Triq Frans Sammut, meta r-raġel, Sudaniż residenti l-Imsida kien qed jagħmel xi xogħlijiet u waqa’ għoli ta’ madwar sular. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.