Raġel fil-periklu tal-mewt; waqa’ fi blokka appartamenti fl-Imsida

Google

Read in English.

Raġel ta’ 31 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fi blokka ta’ appartamenti fl-Imsida.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ dan il-lejl għall-ħabta tas-1am fi Triq E.H. Furse, l-Imsida.

Il-Pulizija marret fuq il-post wara li ġiet infurmata li weġġgħet persuna. Kif waslu fuq il-post huma sabu li raġel Ingliż waqa’ fil-komun ta’ blokka, bejn it-tielet u raba’ sular.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli assistew lill-paramediċi biex joħorġu lill-vittma mill-blokka. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.