Raġel fil-periklu tal-mewt; jinstab mixħut fl-art f’Ħaż-Żebbuġ

Arkivji

Read in English.

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa nstab mixħut fl-art fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ. Huwa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttieħed l-isptar Mater Dei mitluf minn sensih. Il-każ seħħ qabel it-8.30am x’ħin il-Pulizija rċivew telefonata li persuna jinstab kien mixħut mal-art b’għadd ta’ ġrieħi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li aktarx il-ġrieħi ġew ikkważati minn daqqa ta’ karozza iżda l-investigazzjoni dwar in-natura tal-każ għadha għaddejja.

Fi stqarrija l-Pulizija talbu lill-pubbliku għall-għajnuna peress li qed jitqies bħala każ ta’ hit and run. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

Wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Pulizija billi jċempel 119 jew 21224001.