Raġel fil-periklu tal-mewt; intlaqat minn karozza fi Triq Reġjonali

Malta Roads Traffic Updates

Read in English.

Reġal ta’ 32 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fi Triq Reġjonali fl-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.40pm.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li r-raġel minn San Ġiljan ġarrab ġrieħi serji.

Jidher li għal xi raġuni l-vann li kien qiegħed isuq waqaf jaħdem u r-raġel nieżel jara x’ġara. Waqt li kien qiegħed jiċċekkja l-vann, karozza oħra ġiet minn wara u laqtitu. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel Sirjan ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar. Iż-żagħżugħ jidher li sofra xi ġrieħi bil-kollużjoni.

Huwa ttieħed b’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.