Raġel fil-periklu tal-mewt; intlaqat fi Triq Aldo Moro

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura fi Triq Aldo Moro fil-Marsa. Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-identità tal-vittma għadha mhix magħrufa.

Huwa ttieħed b’urġenza lejn l-isptar Mater Dei għall-ħabta tas-7.15am.

Il-karozza li kienet involuta fl-inċident kienet misjuqa minn raġel Taljan ta’ 29 sena li ma sofra l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.