Read in English.
Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ġie aggredit b’arma taqta’ u bil-ponta ġo residenza f’Ħal Qormi.
Kien għall-ħabta tad-9pm li raġel daħal l-għassa ta’ Ħal Qormi jitlob għall-assistenza tal-pulizija għaliex kien involut fi ġlieda ma’ raġel ieħor u kien ferut.
Il-pulizija marru fejn ġara l-argument, ġo residenza fi Triq il-Kanun, u hemmhekk sabu lill-aggressur, raġel ta’ 36 sena li huwa mill-Ghana. Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn irriżulta li r-raġel ta’ 45 sena li huwa wkoll mill-Ghana, qed isofri minn ġrieħi serji u jaf jitlef ħajtu.
L-aggressur ittieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ. Huwa għandu ġrieħi ħfief.
Se tinħatar inkjesta dwar il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.