Raġel ferut wara inċident bil-mutur

Arkivji

Raġel ta’ 24 sena weġġà wara li ħabat fil-mutur tiegħu ma’ karrozza tard il-bieraħ. Il-każ seħħ fi Triq Dawret Ħal Għaxaq.

Għal xi raġuni, ir-raġel li hu Taljan ħabat ma’ karrozza misjuqa minn anzjan ta’ 64 sena mill-Mellieħa. L-inċident seħħ għal ħabta tal-ħdax ta’ bil-lejl.

Fil-post marru l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lill-vitma l-Isptar Mater Dei.