Raġel ferut u ieħor arrestat wara argument fl-Imsida

pulizija kordin
Miguela Xuereb

Raġel jinsab ferut gravi u ieħor qed jinżamm arrestat wara li nqala’ argument f’ħanut tax-xorb fl-Imsida lbieraħ filgħaxija.

Għall-ħabta tal-10.15pm, raġel Etjopjan ta’ 36 sena, residenti l-Imsida, daħal jirrapporta fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida, li kien ġie aggredit b’arma li taqta’ u bil-ponta minn raġel ieħor waqt argument f’ħanut fi Triq il-Makna Tas-Serrar.

Somalu ta’ 31 sena qiegħed jinżamm arrestat b’rabta ma’ dan il-każ wara li nstab mill-Pulizija tad-Distrett, tar-Rapid Intervention Unit (RIU) u dawk mill-Iskwadra tar-Reati
Vjolenti fi ħdan it-Taqsima tar-Reati Maġġuri.

Il-vittma ttieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei u aktar tard ġie iċċertifikat li għandu
ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea fetħet inkjesta fuq il-każ.