Raġel f’qagħda kritika wara li waqa’ minn fuq trakk fl-Għasri

Raġel jinsab f’qagħda kritika wara li waqa’ minn fuq trakk li kien qed jgħabbi l-ġebel fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 tal-bieraħ waranofsinhar f’kumpless privat fi Triq il-Fanal, l-Għasri.
Ir-raġel, li għandu 61 sena min-Nadur ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda ftit tal-ħin wara ġie trasferit lejn Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.