Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira

Serb ta' 35 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f'inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta' filgħodu fi Triq Reġjonali fil-Gżira.
Meta skiddja r-raġel, li hu residenti l-Pietà, kien qed isuq il-karozza lejn l-Imsida.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ritratt: CMRU