Raġel evakwat minn fuq dgħajsa mill-Forzi Armati

Il-Forzi Armati ta’ Malta evakwaw raġel ta’ 41 sena minn fuq dgħajsa tas-sajd permezz ta’ ħelikopter wara li ħass xi uġigħ f’sidru u ntilef minn sensih.

Id-dgħajsa kienet tinsab madwar 50 mil nawtiku fit-Tramuntana ta' Għawdex.

Ir-raġel ta’ nazzjonalita` Mali-Maltija ttella’ abbord il-ħelikopter tal-Forzi Armati fejn ittieħed minnufih fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ħal Luqa fejn sab tinstennih ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għal iżjed kura.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-1:00pm.

 

Ritratt: AFM