Raġel ċempel għall-għajnuna wara li sieħbu ma setax jitla’ mill-irdum

Google Maps - Liis Rosenberg

Raġel ċempel għall-għajnuna wara li sieħbu ma setax jitla’ mill-irdum ta’ Wied Babu fiż-Żurrieq.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-10.30am. Membri tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili marru fuq il-post fejn għenu lir-raġel biex jitla’.

Skont il-Pulizija ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.