Raġel bla dar jinżamm arrestat għax seraq minn ġo vending machine

Raġel bla dar suspettat li seraq mill-magni tal-ikel f’Ħal Qormi qed jinżamm arrestat.

Ir-raġel ta’ 34 sena wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ żewġ attentati ta’ serq, u li għamel ħsara li tammonta għal €2,500. Dan ġara fil-5 u fis-6 ta’ Jannar. Jumejn qabel il-Milied allegatament seraq xi oġġetti minn mutur. Ġie akkużat ukoll li kiser żmien ta’ prova.

Fil-qorti l-akkużat iddeskriva lilu nnifsu bħala bla dar u qal li għandu impjieg irregolari.

Għaldaqstant, huwa qed jinżamm arrestat.