Raġel bid-droga arrestat f’Raħal Ġdid

CMRU

Raġel ta’ 32 sena ġie arrestat waqt kontrolli mill-Pulizija li kienu qed isiru f’Raħal Ġdid. Allegatament kien fil-pussess tad-droga.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel kien qed isuq vettura matul il-lejl li għadda fi Triq il-Perit Dom Mintoff. Twaqqaf biex issir spezzjoni tal-vettura.

“Waqt li l-pulizija bdew jitkellmu max-xufier, innutaw li hu flimkien mal-passiġġier – raġel Taljan ta’ 34 sena – bdew jaġixxu b’mod suspettuż,” qalet il-Pulizija.

Saret tfittxija fil-vettura u nstabu pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina u basket li kien fih ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel ittieħed fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid. Wara ġie skortat lejn il-lockup tal-Furjana.