Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq il-bejt

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30pm fi Triq il-Ġdida
Jidher li qabel waqa’, ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq il-bejt ta’ residenza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.