Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ taraġ f’lukanda

Ingliż ta’ 35 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn taraġ il-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10pm f’lukanda fi Triq il-Marfa, xħin il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.
Il-vittma kien assistit minn tim mediku fuq il-post, iżda ttieħed Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Ritratt: Arkivji