Raġel bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur

Malta Police Force

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur fin-Naxxar.

L-inċident ġara fid-9.15am fi Triq San Ġorġ.

Ir-raġel ta’ 61 sena residenti Marsaskala tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar, fejn irriżulta li għandu ġrieħi gravi.