Raġel bi ġrieħi gravi wara li mexa vann għal fuqu

Raġel ta’ 54 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li vann mexa għal fuqu f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fi Triq Santa Marija, xħin ir-raġel, li joqgħod Birkirkara, ħareġ minn ġol-istess vann u għal xi raġuni l-vann mexa u laqtu.
Ir-raġel ittieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Ritratt: Arkivji