Raġel bi ġrieħi gravi wara li jaqa’ f’gandott

Raġel ta’ 34 sena, residenti Bormla, qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’gandott.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.40 ta’ waranofsinhar fi Triq Santa Duminka f’Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jiġi kkurat għall-ġrieħi li sofra.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.