Raġel bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 55 sena minn Ħal Luqa ġarrab ġieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Mitħna f’Ħal Qormi bejn il-mutur li kien qed isuq ir-raġel u vann misjuq minn raġel ieħor ta’ 33 sena minn Santa Luċija.
Fuq il-post waslu membri tal-Pulizija mill-RIU u tat-Traffiku kif ukoll tim mediku li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Media Police