Raġel bi ġrieħi gravi wara ħabta fl-Iklin

Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Iklin.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30pm fi Triq il-Wied.
Ir-raġel ta’ 24 sena mill-Ħamrun kien qed isuq meta ħabat ma karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena mis-Swieqi.
Ir-raġel ittieħed minnufih l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.