Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident ġara dalgħodu fil-11.30am fi Triq il-Marsa bejn mutur u karozza.
Ir-raġel ta’ 40 sena residenti Birkirkara kien qed isuq il-mutur. Huwa ttieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 62 sena residenti l-Marsa.
Aktar tard fl-isptar, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.