Raġel bi ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan

Arkivji

Read in English.

Raġel ta’ 48 sena, li jgħix San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li safa’ aggredit minn żewġ irġiel oħra waqt argument li nqala’ fi stabbiliment f’ San Ġiljan, il-bieraħ filgħaxija.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 0830pm, meta l-Pulizija intalbet l-assistenza tagħha f’post tad-divertiment fi Triq Santa Rita, San Ġiljan.


Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li inqala’ argument bejn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u żewġ irġiel, li l-identita’ tagħhom għadha mhux magħrufa. Ir-raġel ta’48 sena safa’ aggredit b’oġġett u sofra xi ġrieħi.


Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.