Raġel b’arma taqta’ u bil-ponta jisraq flus u sigaretti

Ħalliel b’arma taqta’ u bil-ponta lbieraħ seraq flus u sigaretti minn ħanut f’San Pawl il-Baħar.

Għall-ħabta tas-6.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Ħalel. Marru fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel
liebes maskla u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab
il-flus lil kaxxiera – mara ta’ 25 sena mill-Ungerija.

Il-ħalliel seraq flus u 10 pakketti sigaretti. Huwa ħarab minn fuq il-post. Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.