​Raġel b’arma tan-nar arrestat fil-Għargħur

Raġel ġie arrestat mill-Pulizija wara li nstab fil-pussess ta’ arma tan-nar u arma li taqta’ u bil-ponta.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel huwa Malti u għandu madwar 30 sena. Qalet li għall-ħabta tat-2:50pm ir-raġel kien qiegħed f'karozza fi Triq Stiefnu Zerafa.
Huwa ġie arrestat mir-Rapid Intervention Unit (RIU) wara li saru s-sejbiet tal-oġġetti msemmija fuqu. Huwa ttieħed l-għassa tan-Naxxar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.