Aġġornata: Raġel b’sikkina jattakka sitt persuni

Mill-inqas erba’ persuni qed isofru ġrieħi ħfief wara li raġel ta’ madwar erbgħin sena attakka ħamest irġiel u mara b’sikkina fi pjazza ċentrali f’Munich, il-Ġermanja.
Skont il-Pulizija Ġermaniża, l-aggressur, li kien liebes qalziet ġriż u ġakketta ħadra, ħarab minn fuq il-post b’rota sewda. 
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li raġel li jixbah id-deskrizzjoni li taw ix-xhieda ġie arrestat, iżda l-Pulizija għadha ma kkonfermatx jekk huwiex l-aggressur. 
Il-Pulizija qed tavża lin-nies biex jevitaw iż-żona ta’ Rosenheimer Platz, fejn seħħ l-attakk, u qed tavża lin-nies li jgħixu fl-akwati biex jibqgħu ġewwa.
Il-motiv wara l-attakk għadu mhuwiex ċar. 

Ritratt: Twitter