Raġel b’ħadida f’idu jhedded persuna oħra fil-Marsa

Raġel li kien qed iġorr ħadida u li x’aktarx kellu sikkina ġie arrestat fil-Marsa.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-każ seħħ f’Xatt Il-Mollijiet għall-ħabta tas-2:15pm.
Kelliema għall-Pulizija qalet li r-raġel, ta’ nazzjonalità barranija, kien qed jhedded persuna oħra, iżda jidher li ħadd ma weġġa’.
Xhieda fuq il-post qalu li apparti l-ħadida, kellu wkoll sikkina iżda din għadha ma nstabitx.

Ritratt: Mill-Arkivji