Raġel attakkat f’nofs ta’ lejl f’daru stess

Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li dalgħodu qala’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta fir-residenza tiegħu stess f’Santa Luċija.
Kien ir-raġel stess li talab l-assistenza medika għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ filgħodu.
Il-Pulizija ġew infurmati dwar il-każ u marru minnufih fuq il-post, fi Triq Misraħ Dorell, fejn sabu r-raġel ta’ 59 sena ferut.
Għadu mhux magħruf min hu l-allegat aggressur
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.