Raġel arrestat wara sparatura f’Moskea fin-Norveġja

Read in English.

Raġel ġie arrestat fin-Norveġja wara sparatura f’Moskea li ħalliet persuna oħra midruba l-bieraħ filgħaxija.

Il-Pulizija qalet li raġel armat fetaħ in-nar fiċ-ċentru Iżlamiku Al-Noor fil-konfini tal-kapitali Oslo.

Ftit wara l-pulzija sabet mara mejta fid-dar tas-suspetat. Ir-raġel mwaqqaf għandu qrib l-20 sena u huwa ċittadin Norveġiż li jgħix fiż-żona u li qed jinżamm arrestat in konnessjoni tal-qtil ta’ qaribha tiegħu.

Id-direttur tal-moskea qal li l-vittma kienet mara ta’ 75 sena, membru tal-kongregazzjoni.