Raġel arrestat wara sejba tal-kannabis

CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 31 sena ġie arrestat wara li saret sejba tad-droga kannabis fil-karozza tiegħu.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-arrest tar-raġel Rumen sar ilbieraħ filgħodu. Hu kien wasal Malta minn Pozzallo. Fil-karozza li kien qed isuq instabu diversi boroż li allegatament kien fihom il-pjanta tal-kannabis f’ammont ta’ madwar 6.5 kilogramma lesti għat-traffikar.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada b’akkużi relatati mal-importazzjoni u l-pussess aggravat tal-pjanta tal-kannabis.

L-arrest sar wara diversi jiem ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien mal-Ufficjali tal-Infurzar tad-Dwana.