Raġel arrestat wara sejba ta’ kilo kannabis

Raġel ġie arrestat mill-pulizija wara sejba ta’ kilo kannabis.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li r-raġel ta’ 29 sena ta’ nazzjonalita’ Griega, iżda residenti l-Mosta kien arrestat wara ħidma ta’ sorveljanza mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Bl-awtoriżazzjoni tal-Maġistrat tal-Għassa, il-bieraħ wara nofsinhar, il-Pulizija segwew
konsenja kkontrollata ta’ pakkett li kien għadu kemm wasal Malta minn Spanja, bis-suspett li fil-pakkett kien hemm moħbija d-droga.

Malli l-pakkett inġabar mir-raġel, dan kien arrestat minnufih. Il-pakkett suspettuż infetaħ u
moħbija f’kaxxa tal-kartun li kienet imgeżwra f’boroż tal-plastic, instab madwar kilo ħaxixa tal-kannabis.

Il-Magistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħartet diversi
esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada taħt arrest u jkun akkużat bl-importazzjoni u pussess mhux għal użu esklussiv tiegħu tal-pjanta kannabis