Raġel arrestat wara sejba ta’ droga

Raġel ta’ 41 sena ġie arrestat matul il-lejl li għadda wara li nstabitlu droga fil-vettura tiegħu mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Ir-raġel residenti r-Rabat rwaqqaf hu u nieżel bil-vettura tiegħu minn fuq il-catamaran li kien għadu kif wasal minn Sqallija.
Fi tfixxija li saret fil-vettura nstabu żewġ kilos trab abjad suspettat kokaina, kilo sustanza suspettata kannabis kif ukoll nofs kilo sustanza x’aktarx raża tal-kannabis.
Id-droga instabet moħbija ġo qiegħ falz fil-vettura.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġistrjali.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada.