Raġel arrestat wara li sawwat raġel b’ħadida f’Marsalforn

Read in English.

Raġel ta’ 24 sena mis-Somalja qed jinżamm arrestat wara li allegatament aggredixxa raġel ieħor b’ħadida waqt argument f’Marsalforn.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li fit-8pm ilbieraħ kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza fi Triq il-Port. Il-Pulizija sabu li raġel ta’ 24 sena, mis-Somalja, resident l-Munxar, allegatament ġie aggredit minn żewġ persuni li anke serqulu ammont ta’ flus kontanti. Iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post. Jidher li r-raġel sofra ġrieħi f’wiċċu kawża ta’ daqqiet b’ħadida.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza. Hu ndarab ħafif.

Il-Pulizija identifikat l-aggressuri aktar tard, fosthom raġel ta’ 24 sena mis-Somalja, residenti ż-Żebbuġ. Il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxijiet għat-tieni aggressur.