Raġel arrestat wara li saq għal ġo sfilata tal-karnival fil-Ġermanja

Mirror

Read in English.

Raġel ġie arrestat fil-Ġermanja wara li saq għal ġo sfilata tal-karnival u ndarbu għadd ta’ persuni.

Il-Pulizija Ġermaniża spjegat li dan ġara f’Volkmarsen, u li weġġgħu 10 persuni.

Żiedet tgħid li x-xufier ġie arrestat, iżda ma speċifikawx jekk dan kienx inċident jew attakk maħsub apposta. Jidher li fost dawk midrubin, hemm xi tfal.