Raġel arrestat wara li jinqabad jisraq fil-Marsa

Raġel ġie arrestat għall-ħabta ta’ 12.20pm, wara li seraq mowbajl minn idejn mara u ħarab minn fuq il-post.
L-inċident seħħ fi Triq Diċembru 13, il-Marsa, fejn iseejħu għall-għajnuna membri mir-Rapid Intervention Unit.
Wara li l-istess mara tat deskrizzjoni tal-aggressur lill-Pulizija, dawn telqu jiġru warajh u arrestawh.
Waqt l-arrest ir-raġel rema’ l-mowbajl misruq, iżda dan instab wara ftit, minn membri oħra tar-Rapid Intervention Unit li marru jassistu.
Ir-raġel ittieħed l-Għassa tal-Ħamrun għal iżjed investigazzjonijiet